EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0206

Kawża C-206/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Georg Köck vs Schutzverband gegen unlauteren Wettbewerb (Protezzjoni tal-konsumaturi — Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi fis-suq intern — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal awtorizzazzjoni minn qabel sabiex jiġu mħabbra sejls)

ĠU C 63, 2.3.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof — l-Awstrija) — Georg Köck vs Schutzverband gegen unlauteren Wettbewerb

(Kawża C-206/11) (1)

(Protezzjoni tal-konsumaturi - Prattiki kummerċjali żleali tal-impriżi fil-konfront tal-konsumaturi fis-suq intern - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi għal awtorizzazzjoni minn qabel sabiex jiġu mħabbra sejls)

2013/C 63/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Georg Köck

Konvenut: Schutzverband gegen unlauteren Wettbewerb

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22), u b’mod partikolari, tal-Artikoli 3(1) u 5(5) tagħha — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi awtorizzazzjoni minn qabel għat-tħabbir ta’ sejls

Dispożittiv

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi lil qorti nazzjonali milli tordna l-waqfien ta’ prattika kummerċjali mhux koperta mill-Anness I ta’ din id-direttiva biss minħabba l-fatt li l-imsemmija prattika ma kinitx is-suġġett ta’ awtorizzazjoni minn qabel min-naħa tal-amministrazzjoni kompetenti, mingħajr madankollu ma tevalwa hija stess in-natura żleali tal-prattika kkonċernata fid-dawl tal-kriterji previsti fl-Artikoli 5 sa 9 tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 226, 30.7.2011


Top