Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/056/17

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6643 – Uniqa/Dekra/Dekra-Expert) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 56, 26.2.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/22


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6643 – Uniqa/Dekra/Dekra-Expert)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 56/17

    1.

    Fid-19 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Dekra International GmbH (“Dekra”, il-Ġermanja, li finalment tappartjeni għal Dekra Group, il-Ġermanja) u Uniqa Biztosító Zrt (“Uniqa”, l-Ungerija, finalment ikkontrollata minn the Uniqa Group, l-Awstrija), takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Dekra-Expert Műszaki Szakértői Kft. (“Dekra-Expert”, l-Ungerija) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Dekra: provvista dinjija ta’ servizzi esperti bħall-ittestjar tal-vettura u tal-għarfien espert,

    għal Uniqa: grupp ta’ assigurazzjoni dinji attiv fl-oqsma kollha tal-assigurazzjoni (fuq il-ħajja, mhux fuq il-ħajja u fir-riassigurazzjoni),

    Għal Dekra-Expert: servizzi esperti ta’ ħsara (evalwazzjoni tad-dannu tal-vettura u valutazzjoni teknoloġika oħra tad-dannu).

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6643 – Uniqa/Dekra/Dekra-Expert, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top