Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0226(09)

    Deċiżjoni ta' għeluq ta' proċedura ta' investigazzjoni formali wara irtirar mill-Istat Membru – Għajnuna mill-Istat – Il-Ġermanja (l-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) – Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika – Għajnuna mill-Istat SA.32169 (11/C) (eks 10/N) – Proġett Kbir ta’ Investiment – il-Ġermanja – Volkswagen Sachsen GmbH Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 56, 26.2.2013, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 56/18


    DEĊIŻJONI TA' GĦELUQ TA' PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI WARA IRTIRAR MILL-ISTAT MEMBRU

    Għajnuna mill-Istat – Il-Ġermanja

    (l-Artikoli 107 sa 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

    Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE – irtirar ta’ notifika

    Għajnuna mill-Istat SA.32169 (11/C) (eks 10/N) – Proġett Kbir ta’ Investiment – il-Ġermanja – Volkswagen Sachsen GmbH

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 56/13

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tal-TFUE, li nbdiet fit-13 ta' Lulju 2011 (1) fir-rigward tal-miżura msemmija hawn fuq, li tirreġistra li l-Ġermanja rtirat in-notifika tagħha fil-5 ta' Novembru 2012 u li se tnaqqas l-ammont tal-għajnuna, sabiex tirrispetta l-limiti u tissodisfa l-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta' Awwissu 2008 li jistipula ċerti kategoriji ta' għajnuna kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (2).


    (1)  ĠU C 361, 10.12.2011, p. 17.

    (2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.


    Top