Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/051/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 51, 22.2.2013, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 51/17


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2013/C 51/10

    1.

    Fil-15 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Honeywell International Inc. (“Honeywell”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriża Intermec, Inc. (“Intermec”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Honeywell: attiva f’prodotti u servizzi tal-ajruspazju, prodotti tal-karozzi, materjali elettroniċi, materjali speċjali, polimeri ta’ prestazzjoni għolja, sistemi ta’ trasport u enerġija, kontrolli tad-djar u tal-binjiet, u kontrolli industrijali. Permezz tad-Diviżjoni tas-Soluzzjonijiet ta’ Kontroll u Awtomatizzazzjoni, Honeywell hi attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir ta’ identifikazzjoni awtomatika ta’ dejta u l-ġbir ta’ dejta (“AIDC”), inkluż kompjuters mobbli ssodati, magni skaner laser u tal-immaġni u skaners tal-kodiċi tal-iżbarri, u servizzi u aċċessorji relatati,

    Intermec: attiva fil-manifattura u fil-fornitura ta’ tagħmir AIDC, inklużi kompjuters mobbli ssodati, magni skaner laser u tal-immaġni u skaners tal-kodiċi tal-iżbarri, sistemi ta’ għarfien tal-leħen, stampaturi u tikketti tal-kodiċi tal-iżbarri, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-frekwenza tar-radju, servizzi u aċċessorji relatati u servizzi taċ-ċiklu tal-ħajja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6827 – Honeywell/Intermec, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top