EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2013/036/09

L-ispejjeż medji tal-benefiċċji in natura

ĠU C 36, 8.2.2013, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/17


L-ISPEJJEŻ MEDJI TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA

2013/C 36/09

L-ISPEJJEŻ MEDJI TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2008

L-ispejjeż medji annwali ma jqisux it-tnaqqis ta’ 20 % stipulat fl-Artikoli 94(2) u 95(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 (1).

L-ispejjeż medji netti ta’ kull xahar tnaqqsu b’20 %.

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rrimborżati għall-benefiċċji in natura pprovduti fl-2008 lil membri tal-familja kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (2) se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Spejjeż medji annwali

Spejjeż medji netti ta’ kull xahar

Ir-Rumanija (per capita)

Membri tal-familja tal-ħaddiema ta’ taħt is-60 sena

Pensjonanti ta’ taħt is-60 sena

Membri tal-familja tal-pensjonanti ta’ taħt is-60 sena

RON 658,02

RON 43,87

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rrimborżati għall-benefiċċji in natura mogħtija fl-2008 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin (mill-2002 per capita biss):

 

Spejjeż medji annwali

Spejjeż medji netti ta’ kull xahar

Ir-Rumanija (per capita)

Membri tal-familja tal-ħaddiema ta’ 60 sena u aktar

Pensjonanti ta’ 60 sena u aktar

Membri tal-familja tal-pensjonanti ta’ 60 sena u aktar

RON 1 316,04

RON 87,74

L-ISPEJJEŻ MEDJI TAL-BENEFIĊĊJI IN NATURA – 2009

L-ispejjeż medji annwali ma jqisux it-tnaqqis ta’ 20 % stipulat fl-Artikoli 94(2) u 95(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72.

L-ispejjeż medji netti ta’ kull xahar tnaqqsu b’20 %.

I.   Applikazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rrimborżati għall-benefiċċji in natura pprovduti fl-2009 lil membri tal-familja kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin:

 

Spejjeż medji annwali

Spejjeż medji netti ta’ kull xahar

Ir-Rumanija (per capita)

Membri tal-familja tal-ħaddiema ta’ taħt is-60 sena

Pensjonanti ta’ taħt is-60 sena

Membri tal-familja tal-pensjonanti ta’ taħt is-60 sena

RON 593,73

RON 39,58

II.   Applikazzjoni tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

L-ammonti li jridu jiġu rrimborżati għall-benefiċċji in natura mogħtija fl-2009 skont l-Artikoli 28 u 28a tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 se jiġu stabbiliti abbażi tal-ispejjeż medji li ġejjin (mill-2002 per capita biss):

 

Spejjeż medji annwali

Spejjeż medji netti ta’ kull xahar

Ir-Rumanija (per capita)

Membri tal-familja tal-ħaddiema ta' 60 sena u aktar

Pensjonanti ta’ 60 sena u aktar

Membri tal-familja tal-pensjonanti ta’ 60 sena u aktar

RON 1 187,45

RON 79,16


(1)  ĠU L 74, 27.3.1972, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2.


Top