Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62012TN0535

    Kawża T-535/12: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Diċembru 2012 — Still vs UASI (Truck Data Services)

    ĠU C 32, 2.2.2013, s. 25—26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/25


    Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2012 — Still vs UASI (Truck Data Services)

    (Kawża T-535/12)

    2013/C 32/40

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet

    tannnulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 4/2012-1;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża;

    tgħaqqad din il-kawża mal-kawża parallela mibdijja kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 130/2012-1, ukoll tal-10 Settembru 2012, dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Fleet Data Services”, EM 009931387, skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “Truck Data Services”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 35, 36, 37 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 931 429

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009

    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

    ksur tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 207/2009


    Alkuun