Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62012TN0524

    Kawża T-524/12: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Diċembru 2012 — Recaro vs UASI — Certino Mode (RECARO)

    ĠU C 32, 2.2.2013, s. 23—24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/23


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2012 — Recaro vs UASI — Certino Mode (RECARO)

    (Kawża T-524/12)

    2013/C 32/37

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Recaro Beteiligungs-GmbH (Kaiserslautern, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Certino Mode, SL (Elche, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrenti

    temenda d-deċiżjoni kkontestata sabiex l-appell imressaq mill-intervenjenti jiġi miċħud u t-trade mark Komunitarja Nru 734343 “RECARO” tkun revokata fl-intier tagħha;

    sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 1761/2011-1; u

    tikkundanna lill-UASI u, jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-appell quddiem l-UASI.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark verbali Komunitarja RECARO, irreġistrata bin-Nru 734343, għal prodotti fil-klassijiet 10 u 25

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja revokata

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment

    Motivi invokati:

    Ksur tal-Artikolu 51(1)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

    Ksur tal-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, moqri flimkien mar-regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95; u

    Ksur tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Alkuun