Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0509

    Kawża C-509/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fid- 9 ta’ Novembru 2012 — IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos vs Navileme-Consultadoria Náutica Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica Lda

    ĠU C 32, 2.2.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/4


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Norte (il-Portugall) fid-9 ta’ Novembru 2012 — IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos vs Navileme-Consultadoria Náutica Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica Lda

    (Kawża C-509/12)

    2013/C 32/05

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Central Administrativo Norte

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: IPTM-Instituto Portuário e dos Transportes Marítimos

    Konvenuti: Navileme-Consultadoria Náutica Lda, Nautizende — Consultadoria Náutica Lda.

    Domanda preliminari

    Id-dritt tal-UE, fid-dawl tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bejn ċittadini nazzjonali ta’ Stat Membru u ċittadini nazzjonali ta’ Stat Membru ieħor (attwalment l-Artikolu 18 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 12 KE), fid-dawl tal-moviment liberu tal-persuni fl-UE l-eċċezzjonijiet tiegħu (attwalment l-Artikolu 45(3) TFUE, li qabel kien l-Artikolu 39 KE), u fid-dawl tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u r-restrizzjonijiet possibbli tagħha (Artikolu 52 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 460 KE, bis-saħħa tal-Artikolu 62 TFUE, li qabel kien l-Artikolu 55 KE), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali li tirrikjedi reżidenza fit-territorju rispettiv sabiex tkun tista’ tinħareġ liċenzja ta’ navigazzjoni għal raġunijiet rikreattivi?


    Top