Valitse kokeelliset ominaisuudet, joita haluat kokeilla

Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta

Asiakirja 62012CN0479

    Kawża C-479/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil- 25 ta’ Ottubru 2012 — H. Gautzsch Großhandel GmbH & Co. KG vs Münchener Boulevard Möbel Joseph Duna GmbH

    ĠU C 32, 2.2.2013, s. 3—3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 32/3


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ottubru 2012 — H. Gautzsch Großhandel GmbH & Co. KG vs Münchener Boulevard Möbel Joseph Duna GmbH

    (Kawża C-479/12)

    2013/C 32/03

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Konvenuta fl-ewwel istanza u rikorrenti fir-“Reviżjoni”: H. Gautzsch Großhandel GmbH & Co. KG

    Rikorrenti fl-ewwel istanza u konvenuta fir-“Reviżjoni”: Münchener Boulevard Möbel Joseph Duna GmbH

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li disinn jista’, fil-kors normali tan-negozju, ikun magħruf b’mod raġonevoli miċ-ċirkoli speċjalizzati fis-settur interessat, li jopera fl-Unjoni, jekk rappreżentazzjonijiet ta’ dan id-disinn kienu tqassmu lin-negozjanti?

    (2)

    L-ewwel sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li disinn, minkejja li dan ikun ġie żvelat lil terzi mingħajr il-kundjizzjonijiet espliċiti jew impliċiti tal-kunfidenzjalità, ma jistax, fil-kors normali tan-negozju, ikun magħruf b’mod raġonevoli miċ-ċirkoli speċjalizzati fis-settur interessat jekk

    (a)

    kien żvelat biss lil impriża waħda fis-settur, jew

    (b)

    kien żvelat f’bini ta’ impriża użat għall-wirjiet li jinsab fiċ-Ċina, jiġifieri barra minn dak li huwa normalment il-kamp ta’ osservazzjoni tas-suq?

    (3)

    (a)

    L-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa l-proprjetarju ta’ disinn mhux irreġistrat li għandu l-oneru tal-prova li l-użu kkontestat jirriżulta f’kopja tad-disinn protett?

    (b)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 3(a):

    L-oneru tal-prova jinqaleb meta l-proprjetarju tad-disinn mhux irreġistrat jibbenefika minn tnaqqis fl-oneru tal-prova, fil-każ fejn hemm xebh sinjifikattiv bejn id-disinn u l-użu kkontestat?

    (4)

    (a)

    Id-dritt li tinkiseb inġunzjoni li tipprojbixxi ksur ulterjuri ta’ disinn Komunitarju mhux irreġistrat previst fl-Artikolu 19(2) kif ukoll fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, huwa suġġett għall-preskrizzjoni?

    (b)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 4(a):

    Il-preskrizzjoni hija rregolata mid-dritt tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, minn liema dispożizzjoni?

    (5)

    (a)

    Id-dritt li tinkiseb inġunzjoni li tipprojbixxi ksur ulterjuri ta’ disinn Komunitarju mhux irreġistrat previst fl-Artikolu 19(2) kif ukoll fl-Artikolu 89(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002, huwa suġġett għad-dekadenza?

    (b)

    Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 5(a):

    Id-dekadenza hija rregolata mid-dritt tal-Unjoni u, jekk ikun il-każ, minn liema dispożizzjoni?

    (6)

    L-Artikolu 89(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 għandu jiġi interpretat fis-sens li talbiet għall-qerda, għall-iżvelar u għad-danni minħabba fi ksur ta’ dritt ta’ disinn Komunitarju mhux irreġistrat, li jitressqu fir-rigward tal-Unjoni kollha huma suġġetti għal-liġi tal-Istati Membri fejn iseħħ il-ksur?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).


    Alkuun