Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0466

    Kawża T-466/12: Rikors ippreżentat fit- 23 ta’ Ottubru 2012 — RFA International vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 389, 15.12.2012, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/7


    Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2012 — RFA International vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-466/12)

    2012/C 389/12

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: RFA International, LP (Calgary, il-Kanada) (rappreżentant: B. Evtimov, lawyer)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2012) 5577 finali, C(2012) 5585 finali, C(2012) 5588 finali, C(2012) 5595 finali, C(2012) 5596 finali, C(2012) 5598 finali u C(2012) 5611 finali, tal-10 ta’ Awwissu 2012, sa fejn jirrifjutaw li jħallsu lura l-ammonti ta’ dazji antidumping mitluba, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-ammonti li r-rikorsi li saru għalihom ġew miċħuda peress li ġew ippreżentati qabel l-iskadenza tat-terminu pprovdut mil-liġi;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    (1)

    L-ewwel motiv ibbażat fuq

    żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqis sħiħ għal SG&A u profitt mill-prezz ta’ esportazzjoni tal-Grupp CHEMK kien ġustifikat, u fil-konstatazzjoni relatata tal-Kummissjoni li entità ekonomika waħda hija irrilevanti għall-kalkolu tal-prezz ta’ esportazzjoni (inklużi l-aġġustamenti għall-prezz ta’ esportazzjoni) skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku (1). Inkwantu l-Kummissjoni setgħet straħet fuq iċ-ċaħda tal-allegazzjoni tar-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda, ir-rikorrenti ssostni li tali ċaħda hija wkoll vizzjata bi żball ta’ liġi u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    (2)

    It-tieni motiv ibbażat fuq

    żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li kien hemm bdil ta’ ċirkustanza fis-sens tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, li ġġustifika l-applikazzjoni ta’ metodoloġija differenti għall-kalkolu tal-marġni finali ta’ dumping. Ir-rikorrenti tinvoka wkoll ksur konsegwenti tal-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku fl-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-metodoloġija l-ġdida, li hija differenti mill-metodoloġija rispettiva użata fl-investigazzjoni oriġinali.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51)


    Top