Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0458

    Kawża T-458/12: Rikors ippreżentat fil- 15 ta’ Ottubru 2012 — Générations futures vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 389, 15.12.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/7


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2012 — Générations futures vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-458/12)

    2012/C 389/11

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Mouvement pour les droits et le respect des générations futures (Ons-en-Bray, Franza) (rappreżentant A. Faro, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi tas-16 ta’ Awwissu 2012 (ARES 977 175) li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 359/2012, tal-25 ta’ April 2012, li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011, mogħtija abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrent, moviment Franċiż li jaħdem favur il-protezzjoni tal-ambjent, jeżiġi, abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1367/2006, l-eżami mill-ġdid tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 359/2012 li japprova s-sustanza attiva metam (1). B’deċiżjoni tas-16 ta’ Awwissu 2012, il-Kummissjoni rrifjutat dan l-eżami mill-ġdid minħabba li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni li għalih intalab l-eżami mill-ġdid ma jikkostitwix att amministrattiv fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Nru 1367/2006 (2).

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka numru ta’ motivi.

    Ir-rikorrent jargumenta, minn naħa, li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni huwa risposta għal talba individwali mressqa minn kumpannija terza u, min-naħa l-oħra, li l-limitazzjoni għall-atti amministrattivi prevista fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 1367/206, moqri flimkien mal-Artikolu (2)(1)(g) tal-istess Regolament ma hijiex kompatibbli mal-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Århus (3).

    Ir-rikorrent jargumenta wkoll li t-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid hija fondata, peress li i) il-proċedura applikabbli ma ġietx segwita, ii) il-fajl suġġett għall-evalwazzjoni huwa insuffiċjenti u iii) il-kriterji għall-approvazzjoni previsti ma ġewx segwiti.


    (1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 359/2012, tal-25 ta’ April 2012, li japprova s-sustanza attiva metam, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 114, p. 1).

    (2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Århus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).

    (3)  Il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali


    Top