Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/377/08

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6709 – Alpha Group Investments/Janoland Properties/Neu Property Holdings/Liberty Mall) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 377, 7.12.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 377/17


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6709 – Alpha Group Investments/Janoland Properties/Neu Property Holdings/Liberty Mall)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 377/08

    1.

    Fit-28 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Alpha Group Investments, sussidjarja tal-grupp Alfa Bank (il-Greċja); Neu Property Holdings, sussidjarja tal-grupp Eurobank (Ċipru); u Janoland Properties, sussidjarju tal-Bank of Cyprus (Ċipru) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Liberty Mall (Bukarest, ir-Rumanija) permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-7 ta’ Awwissu 2012.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Il-grupp Alpha Bank huwa wieħed mill-akbar gruppi ta’ kumpaniji attivi fis-settur tas-servizzi bankarji u finanzjarji fil-Greċja,

    Minbarra attivitajiet bankarji għall-konsumatur u attivitajiet bankarji kummerċjali, il-grupp Bank of Cyprus jipprovdi servizzi bħall-finanzjament, factoring, investiment bankarju, senserija, ġestjoni tal-fondi, servizzi bankarji privati, assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja,

    Il-grupp Eurobank huwa attiv fil-bejgħ bl-imnut, servizzi bankarji korporattivi u privati, il-ġestjoni tal-assi, assigurazzjoni, titoli tal-Istat, is-swieq tal-kapital u servizzi oħra,

    Liberty Mall huwa ċentru kummerċjali f 'Bukarest, ir-Rumanija.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6709 – Alpha Group Investments/Janoland Properties/Neu Property Holdings/Liberty Mall, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top