Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/356/03

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 356, 20.11.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 356/3


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 356/03

    1.

    Fl-14 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Precision Castparts Corp. (“PCC”, l-Istati Uniti) takkwista, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklussiv ta’ Titanium Metals Corporation (“Timet”, l-Istati Uniti), permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-9 ta’ Novembru 2012.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal PCC: manifattur ta’ komponenti u prodotti tal-metall kumplessi, inkluż ħadid fondut, ħadid maħdum u prodotti għat-twaħħil jew sistemi ta’ twaħħil, għal diversi applikazzjonijiet prinċipalment fl-industrija aerospazjali iżda wkoll applikazzjonijiet bit-turbini tal-gass industrijali, strutturi tal-ajru, industrijali, tal-armamenti, mediċi u applikazzjonijiet oħra,

    għal Timet: produttur dinji ta’ prodotti tat-titanju li joħorġu mill-fażi ta’ fużjoni u semiprodotti tat-titanju li jintużaw f'diversi industriji.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6765 – Precision Castparts Corp./Titanium Metals Corporation, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top