Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/356/04

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 356, 20.11.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 356/4


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home)

    Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 356/04

    1.

    Fit-13 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha il-JCDecaux Central Eastern Europe Holding GmbH (“JCDecaux CEE”, l-Awstrija), ikkontrollata mill-grupp Franċiż JCDecaux, u Rus AD Invest Coöperatief U.A. (“Rus AD”, il-Pajjiżi l-Baxxi), ikkontrollata mill-grupp Russu VTB, beħsiebhom jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt fuq Russ Out Of Home B.V. (“Russ Out Of Home”, the Netherlands) billi jixtru l-ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal JCDecaux KEE: kumpanija attiva fis-settur tan-negozju tar-reklamar ta’ barra,

    Rus AD: kumpanija attiva fil-ġestjoni jew il-pussess tal-assi ta’ kumpaniji u negozji oħrajn; kif ukoll,

    għal Russ Out of Home: kumpanija attiva fis-settur tan-negozju tar-riklamar ta’ barra fir-Russja.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6764 – JCDecaux/Russ AD/Russ Out Of Home, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


    Top