EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0357

Kawża T-357/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Awissu 2012 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruni)

ĠU C 311, 13.10.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awissu 2012 — Sachi Premium-Outdoor Furniture vs UASI — Gandia Blasco (Pultruni)

(Kawża T-357/12)

2012/C 311/17

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sachi Premium-Outdoor Furniture, Lda (Estarreja, il-Portugall) (rappreżentant: M. Oehen Mendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gandia Blasco, SA (Valencia, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ April 2012 (R 969/2011-3);

tiddikjara d-disinn tal-Komunità kkontestat Nru 1512633-0003 invalidu; u

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Disinn għal “pultruni, loungers” — disinn Komunitarju rreġistrat Nru 1512633-0003

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell talbet l-invalidità tad-DKR ibbażata fuq l-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002; Reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 52113-0001, għal “pultruni”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u disinn Komunitarju rreġistrat ikkontestat iddikjarat invalidu

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 5 sa 7 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


Top