Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0334

    Kawża T-334/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Lulju 2012 — Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u EFSA

    ĠU C 311, 13.10.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 311/9


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2012 — Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u EFSA

    (Kawża T-334/12)

    2012/C 311/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Plantavis GmbH (Berlin, il-Ġermanja) u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten e.V. (Laudert, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-projbizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1) flimkien mar-Regolament (UE) Nru 432/2012 (2) kif ukoll ir-Reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Fl-ewwel lok, insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma huwiex kompetenti sabiex jadotta r-regolamenti kkontestati.

    Fit-tieni lok, huma jsostnu li r-Regolamenti Nri 1924/2006 u 432/2012, kif ukoll ir-Reġistru tal-Unjoni tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel jippreġudikaw b’mod illegali l-pożizzjonijiet legali tal-industrija tal-ikel, imħarsa bħala drittijiet fundamentali, kif ukoll id-dritt għall-informazzjoni tal-konsumaturi u ta’ dawk fil-qasam professjonali. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li l-projbizzjonijiet tal-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa previsti mir-regolamenti kkontestati huma sproporzjonati. Dan jgħodd fuq kollox fil-każ tal-projbizzjoni tal-użu ta’ indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa materjalment eżatti bħal “biodisponibbiltà aħjar”. Barra minn hekk, ir-Regolamenti ma humiex adattati għall-għan mixtieq għaliex EFSA u l-Kummissjoni ma stabbilixxewx linja ċara, trasparenti u uniformi għad-definizzjoni ta’ standards xjentifiċi.

    Barra minn hekk, ir-rikorrenti jinvokaw inugwaljanza fit-trattament mhux differenzjat bejn diversi sustanzi u impriżi tal-ikel. Il-projbizzjonijiet lanqas ma huma meħtieġa għaliex, skont id-Direttiva 2003/13/KE (3) u r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (4), ir-reklamar qarrieqi tal-ikel huwa pprojbit fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni.


    (1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1)

    (3)  Direttiva tal-Kummissjoni 2003/13/KE, tal-10 ta’ Frar 2003, li temenda d-Direttiva 96/5/KE dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 132).

    (4)  Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, p. 18).


    Top