This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011AP0130
EC-Comoros fisheries agreement *** European Parliament legislative resolution of 6 April 2011 on the draft Council decision on the conclusion of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Partnership Agreement in the fisheries sector between the European Community and the Union of the Comoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))
ĠU C 296E, 2.10.2012, p. 174–175
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 296/174 |
L-Erbgħa 6 ta’ April 2011
L-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-KE u l-Komoros ***
P7_TA(2011)0130
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2011 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Komoros (15572/2010 – C7-0020/2011 – 2010/0287(NLE))
2012/C 296 E/29
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (15572/2010), |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (15571/2010), |
— |
wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0020/2011), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0056/2011), |
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tibgħatlu l-konklużjonijiet tal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt li jistipula l-Artikolu 9 tal- Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros (1), il-programm multiannwali settorjali msemmi fl-Artikolu 7(2) tal-Protokoll u dak li jirriżulta mill-evalwazzjonijiet annwali; jitlob li r-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, li jaġixxu bħala osservaturi, jingħataw l-opportunità li jattendu għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-Kumitat Konġunt kif jistipula l-Artikolu 9 tal-Ftehim; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim lill-Parlament u lill-Kunsill fl-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll qabel ma jinbdew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Ftehim; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros. |
(1) Approvat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1563/2006 tas-5 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 290, 20.10.2006, p. 6).