Valige katsefunktsioonid, mida soovite proovida

See dokument on väljavõte EUR-Lexi veebisaidilt.

Dokument 52012XC0824(01)

    Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6 ; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11 ; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3 ; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12 ; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4 ; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10 ; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4 ; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5 )

    ĠU C 255, 24.8.2012, lk 2—8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 255/2


    Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5)

    2012/C 255/02

    Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19 (2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen).

    Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

    SPANJA

    Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10.2006

    1.   Deskrizzjoni ġenerali.

    Karta stampata f'erba' kuluri bil-PVC – ISO 7810 (1995).

    Karatteristiċi fiżiċi tal-karti tal-identità ID-1 (85,6 × 53,98 mm). Laminat.

    Sfond ta' sigurtà li huwa magħmul minn linji rqaq, b'kulur li jiċċara lejn in-naħa tal-lemin fejn jitqiegħed ir-ritratt.

    Image

    Linka inviżibbli li tinbidel għal blu (f'dawl speċjali li fih jista' jidher l-isem tal-Ministeru u l-arma kostituzzjonali, kemm fuq quddiem kif ukoll fuq wara tal-karta).

    Stampar żgħir fuq quddiem tal-karta, taħt l-istrixxa tal-logo tal-Ministeru jidher bħala linja żgħira roża li fuqha jista' jiġi nnutat l-isem tal-Ministeru permezz ta' apparat li jgħodd il-ħajt.

    Image

    Stampar kodifikat, fin-naħa ta' fuq ta' wara tal-karta, fuq l-istrixxa manjetika, li jgħatti l-isem tal-Ministeru.

    Image

    Ologramma tal-FNMT-RCM fuq wara tal-karta.

    Image

    Personalizzazzjoni tal-karta permezz ta' stampar termali bl-iswed,

    Fuq quddiem, test b'dejta alfanumerika u firma tad-detentur,

    Image

    Fuq wara, test b'dejta alfanumerika, it-timbru tal-Ministeru u l-firma tal-Kap tal-Protokoll.

    Image

    Id-dejta tintbagħat lill-FNMT-RCM mill-Ministeru.

    Stampar tar-ritratt bil-kulur b'riżoluzzjoni għolja.

    Image

    Ir-ritratti jintbagħtu lill-FNMT-RCM mill-Ministeru, diġitalizzati f'format standard JPG.

    Laminazzjoni trasparenti tas-sigurtà għall-protezzjoni.

    2.   Mudelli speċifiċi

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-PERSUNAL DIMPLOMATIKU

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni ta' Missjonijiet Diplomatiċi”, bl-indikazzjoni “Persunal diplomatiku” (aħmar). Din il-karta tinħareġ lill-persunal tal-Missjonijiet Diplomatiċi bi status diplomatiku akkreditat fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u lit-tfal tagħhom.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-AMBAXXATUR

    Image

    Image

    Fil-każ ta' ambaxxaturi akkreditati, fin-naħa ta' isfel tax-xellug tal-karta tiġi inkluża r-referenza “Ambaxxatur” jew “Ambaxxattriċi”.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-UFFIĊJAL KONSULARI

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni konsulari”, bl-indikazzjoni “Uffiċjal konsulari” (aħdar skur). Din il-karta tinħareġ lill-uffiċjali konsulari b'karriera u lil konsli onorarji akkreditati fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u t-tfal tagħhom. Fil-parti ta' isfel in-naħa tax-xellug tal-karta, hemm indikat jekk id-detentur huwiex uffiċjal b'karriera jew uffiċjal onorarju.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-KONSLU ONORARJU

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni konsulari”, bl-indikazzjoni “Uffiċjal konsulari” (aħdar skur). Din il-karta tinħareġ lill-uffiċjali konsulari b'karriera u lil konsli onorarji akkreditati fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u t-tfal tagħhom. Fil-parti ta' isfel in-naħa tax-xellug tal-karta, hemm indikat jekk id-detentur huwiex uffiċjal b'karriera jew uffiċjal onorarju.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-PERSUNAL TAS-SERVIZZ

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni ta' Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulari”, bl-indikazzjoni. “Persunal tas-servizz” (griż). Din il-karta tinħareġ għall-persunal tas-servizz tal-Missjonijiet Diplomatiċi u Uffiċini Konsulari u għall-persunal għal servizz partikolari tal-persunal diplomatiku u tal-uffiċjali konsulari b'karriera, inklużi dawk ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll il-konjuġi u t-tfal tagħhom.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-PERSUNAL TAS-SERVIZZ – IMPJEGAT PRIVAT

    Image

    Image

    KARTA TAL-IDENTITÀ TA' MEMBRU TAL-FAMILJA DIPENDENTI

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni ta' Missjonijiet Diplomatiċi u Konsulari”, bl-indikazzjoni “Membru tal-familja dipendenti” (beige). Din il-karta tinħareġ lill-ġenituri tal-persunal akkreditat u lill-ulied li għalqu t-23 sena matul l-akkreditazzjoni tad-detentur li huma dipendenti fuqu.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TA' ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali” (blu). Din il-karta tinħareġ lil persunal akkreditat f'organizzazzjonijiet internazzjonali u uffiċċji tal-Unjoni Ewropea fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u t-tfal tagħhom.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TA' PERSUNAL AMMINISTRATTIV U TEKNIKU

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni ta' Missjonijiet Diplomatiċi”, bl-indikazzjoni “Persunal amministrattiv u tekniku” (isfar). Din il-karta tinħareġ lill-persunal amministrattiv u tekniku tal-Missjonijiet Diplomatiċi akkreditati fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u lit-tfal tagħhom.

    KARTA TAL-IDENTITÀ TAL-IMPJEGATUR KONSULARI

    Image

    Image

    “Dokument ta' akkreditazzjoni konsulari”, bl-indikazzjoni “Impjegat konsulari” (aħdar ċar). Din il-karta tinħareġ lill-impjegati konsulari akkreditati fi Spanja, kif ukoll lill-konjuġi u t-tfal tagħhom.


    Üles