This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0065
Case F-65/12: Action brought on 25 June 2012 — ZZ v Commission
Kawża F-65/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-65/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 243, 11.8.2012, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 243/34 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-65/12)
2012/C 243/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix lir-rikorrent l-allowance tal-familja lil iben il-konjuġi tiegħu, imwieled minn żwieġ preċedenti.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2011 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tal-20 ta’ Lulju 2011 li jirċievi, fir-rigward ta’ iben il-konjuġi tiegħu, allowance tal-familja kif ukoll il-benefiċċji derivati u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali; |
— |
sa fejn hu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni li ċaħdet l-ilment tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2012; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |