Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0232

    Kawża T-232/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 — Wilmar Trading vs UASI — Agroekola EOOD (ULTRA CHOCO)

    ĠU C 243, 11.8.2012, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/21


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — Wilmar Trading vs UASI — Agroekola EOOD (ULTRA CHOCO)

    (Kawża T-232/12)

    2012/C 243/39

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wilmar Trading Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentanti: E. Miller, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Agroekola EOOD (Sofia, il-Bulgarija)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża R 87/2012-1; u

    tordna lill-UASI jeżamina l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fl-10 ta’ Novembru 2011 fil-Każ Nru B001760043 u li jsegwi l-proċedura normali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ULTRA CHOCO” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9221111

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Singaporjana T0113987B tat-trade mark verbali “ultra choco” għal prodotti fil-klassi 29; trade mark mhux irreġistrata Ewropea u Bulgara “ULTRA CHOCO”, abbażi tal-Artikolu 8(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell meqjus li ma ġiex ippreżentat

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(3)(a)(ii) u (b) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni).


    Top