EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0225

Kawża C-225/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Demir vs Staatssecretaris van Justitie

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Demir vs Staatssecretaris van Justitie

(Kawża C-225/12)

2012/C 243/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. Demir

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni hija applikabbli għal kundizzjoni fuq il-mertu u/jew ta’ proċedura fir-rigward tal-ewwel dħul fit-territorju ta’ Stat Membru — anki meta tali kundizzjoni (f’dan il-każ awtorizzazzjoni ta’ residenza provviżorja) jkollha wkoll bħala għan li tipprevjeni, qabel l-introduzzjoni ta’ applikazzjoni għal titolu ta’ residenza, id-dħul u r-residenza irregolari — u tista’, għalhekk, titqies bħala miżura li tista’ tiġi inforzata, skont il-kliem tal-punt 85 tas-sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2003, Abatay et (C-317/01 u C-369/01) (2)?

(2)

(a)

Liema tifsira għandha tingħata, f’dan ir-rigward, lir-rekwiżit ta’ sitwazzjoni regolari fir-rigward ta’ residenza, skont kif previst fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80?

(b)

Huwa meħtieġ, fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-introduzzjoni stess ta’ applikazzjoni tagħti lok, fid-dritt nazzjonali, għal residenza f’sitwazzjoni regolari sakemm l-applikazzjoni ma tkunx ġiet miċħuda, jew, sempliċement, il-fatt li r-residenza qabel l-introduzzjoni ta’ applikazzjoni hija kkunsidrata skont id-dritt nazzjonali bħala illegali?


(1)  Deċiżjoni adottata fid-19 ta’ Settembru 1980 mill-Kunsill ta’ assoċjazzjoni stabbilita bil-Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, u dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni.

(2)  Ġabra 2003, p. I-12301.


Top