EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0191

Kawża C-191/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria Budapest (l-Ungerija) fit- 23 ta’ April 2012 — Alakor Gabonatermelő és Forgalmazó Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

ĠU C 243, 11.8.2012, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria Budapest (l-Ungerija) fit-23 ta’ April 2012 — Alakor Gabonatermelő és Forgalmazó Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-191/12)

2012/C 243/02

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria Budapest

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alakor Gabonatermelő és Forgalmazó Kft.

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

(1)

Jista’ jitqies li jkun hemm riperkussjonijiet fuq it-taxxa skont ir-regoli tad-dritt Komunitarju meta l-kontribwent — fid-dawl tal-projbizzjoni mit-tnaqqis tal-VAT — ikun ingħata għajnuna b’mod li tiffinanzja wkoll il-VAT, jew b’mod li jingħata għajnuna supplimentari min-naħa tal-Istat bħala kumpens għall-VAT mhux deduċibbli?

(2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-istess jgħodd meta l-kontribwent ma jkunx irċieva l-għajnuna mingħand l-Istat Membru, jew mill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru, iżda meta din tkun kofinanzjata — abbażi ta’ kuntratt konkluż mal-organu li jiffinanzja — mill-Unjoni u mill-baġit ċentrali tal-Istat Membru?

(3)

Jista’ jitqies li l-prinċipju ta’ rkupru tal-VAT, li huwa bbażat fuq il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa, il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni tal-arrikkiment indebitu, ikun osservat meta l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru — minħabba leġiżlazzjoni li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni f’dak li jirrigwarda d-dritt għal tnaqqis — tissodisfa d-dritt għall-irkupru jew għall-kumpens tal-kontribwent biss għal dik il-parti jew proporzjon li ma ġietx preċedentement iffinanzjata bl-għajnuna msemmija fil-punti 1 u 2 iktar ’il fuq?


Top