Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0231

    Kawża T-231/12: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Mejju 2012 — Rocket Dog Brands vs UASI — Julius-K9 (JULIUS K9)

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/27


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2012 — Rocket Dog Brands vs UASI — Julius-K9 (JULIUS K9)

    (Kawża T-231/12)

    2012/C 227/47

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Rocket Dog Brands LLC (Heywood, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Julius-K9 bt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-21 ta’ Marzu 2012, (R 1124/2011-4) sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 25, u

    tordna lir-rikorrenti tħallas l-ispejjeż sostnuti mill-opponenti

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “JULIUS K9” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 452 201

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi li jirrappreżentaw kelb, għadma (jew għadam) (fil-forma ta’ salib) u l-kombinazzjoni alfanumerika “K 9” għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top