Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0229

    Kawża T-229/12: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Mejju 2012 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Eduardo López Cabré (VOGUE)

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/27


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2012 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Eduardo López Cabré (VOGUE)

    (Kawża T-229/12)

    2012/C 227/46

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, Barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo López Cabré (Barcelona, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2012 (R 1170/2011-4);

    sussidjarjament, tilqa’ l-oppożizzjoni biss sa fejn din tikkonċerna l-umbrelel, il-parasolijiet u l-aċċessorji għall-umbrelel u għall-parasolijiet;

    tikkundanna lill-parti li qed topponi għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “VOGUE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 18, 21, 24, 26, 28, 35, 38, 39, 40, 41, 42, 43, 44 u 45 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 023 041

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali u Komunitarja “VOGUE” u t-trade mark figurattiva nazzjonali “VOGUE moda en lluvia” għal prodotti fil-klassi 18

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top