Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0226

    Kawża T-226/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — LĺDL MUSIC (LIDL)

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/26


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — LĺDL MUSIC (LIDL)

    (Kawża T-226/12)

    2012/C 227/44

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Schaeffer, M. Wolter u A. Marx, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LĺDL MUSIC, spol. s r.o. (Brno, ir-Repubblika Ċeka)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Marzu 2012 (R 2380/2010-1);

    tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “LIDL” għal prodotti fil-klassi 15 — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 861 025

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali u t-trade mark Komunitarja “LIDL MUSIC” għal prodotti fil-klassi 15

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 15(1) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 u r-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95;

    ksur tal-Artikolu 15(1)(a) flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009;

    ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top