Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0214

    Kawża T-214/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Mejju 2012 — Indesit Company vs UASI — ILVE (quadrio)

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/23


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2012 — Indesit Company vs UASI — ILVE (quadrio)

    (Kawża T-214/12)

    2012/C 227/39

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Indesit Company SpA (Fabriano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia u R. Floridia, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA (Campodarsego, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-14 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2219/2010-1 u tilqa’ r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 313 158 li tinkludi l-element verbali “quadrio” b’kitba partikolari biex tidentifika friġġijiet.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “quadrio” għal prodotti fil-klassi 11 — applikazzjoni Nru 7 313 158

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ILVE-Industria Lavorazione Veneta Elettrodomestici SpA

    Trade mark jew sinjal invokat: Trade mark verbali “QUADRA” għal prodotti fil-klassi 11

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009


    Top