EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0357

Kawża T-357/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 20 ta’ Ġunju 2012 — Kraft Foods Schweiz vs UASI — Compañía Nacional de Chocolates (CORONA) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CORONA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KARUNA u KARŪNA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” )

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ġunju 2012 — Kraft Foods Schweiz vs UASI — Compañía Nacional de Chocolates (CORONA)

(Kawża T-357/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CORONA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KARUNA u KARŪNA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 227/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kraft Foods Schweiz Holding GmbH (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Péters u T. de Haan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compañía Nacional de Chocolates, SA (Medellín, il-Kolombja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 696/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Schweiz Holding GmbH u Compañia Nacional de Chocolates, SA.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kraft Foods Schweiz Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


Top