Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0178

    Kawżi magħquda T-178/10, T-263/10 u T-265/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni ( “Programmi operazzjonali tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR amministrati minn Spanja — Talba għal ħlas interim — Eżistenza ta’ provi li jindikaw defiċjenza sinifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll — Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Strateġija ta’ verifika tal-kontijiet — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Proporzjonalità” )

    ĠU C 227, 28.7.2012, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 227/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Spanja vs Il-Kummissjoni

    (Kawżi magħquda T-178/10, T-263/10 u T-265/10) (1)

    (Programmi operazzjonali tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEŻR amministrati minn Spanja - Talba għal ħlas interim - Eżistenza ta’ provi li jindikaw defiċjenza sinifikattiva fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll - Miżuri li jinterrompu t-terminu għall-ħlas - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Strateġija ta’ verifika tal-kontijiet - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità)

    2012/C 227/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: N. Díaz Abad, aġent)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Urraca Caviedes u B. Conte kif ukoll, fil-Kawża T-178/10, A. Steiblytė, aġenti)

    Suġġett

    Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Frar 2010 (T-178/10), tat-8 ta’ April 2010 (T-263/10) u tal-15 ta’ April 2010 (T-265/10) li jinformaw lill-awtoritajiet Spanjoli bl-interruzzjoni tat-terminu għall-ħlas fir-rigward ta’ ċerti talbiet għall-ħlas interim imressqa mir-Renju ta’ Spanja.

    Dispożittiv

    (1)

    Il-Kawżi T-178/10, T-263/10 u T-265/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    (2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    (3)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 161, 19.6.2010.


    Top