EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0276

Kawża T-276/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Ġunju 2012 — Kavaklidere-Europe vs UASI — Yakult Honsha (Yakut) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Yakut — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Yakult — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009” )

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2012 — Kavaklidere-Europe vs UASI — Yakult Honsha (Yakut)

(Kawża T-276/09) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Yakut - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Yakult - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 227/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kavaklidere-Europe (Schoten, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J. Vercraeye u I. Tytgat, sussegwentement J. Vercraeye u B. De Vuyst, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yakult Honsha Kabushiki Kaisha (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, P. Harris, solicitor, u T. Elias, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1396/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yakult Honsha Kabushiki Kaisha u Kavaklidere-Europe.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Kavaklidere-Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


Top