EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0261

Kawża C-261/12 P: Appell ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 minn Annunziata Del Prete kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas- 27 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-420/10, Giorgio Armani vs UASI

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/14


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 minn Annunziata Del Prete kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012 fil-Kawża T-420/10, Giorgio Armani vs UASI

(Kawża C-261/12 P)

2012/C 227/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanta: Annunziata Del Prete (rappreżentant: R. Bocchini, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Giorgio Armani SpA, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanta

tannulla totalment is-sentenza tas-27 ta’ Marzu 2012 tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea u, tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2010 u nnotifikata fid-19 ta’ Lulju 2010, peress li hija f’osservanza u applikazzjoni totali tas-sistema prevista mir-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u b’mod partikolari tal-Artikolu 8(1)(b) invokat biss fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B1309485

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

(1)

Kontestazzjoni tax-xebh grafiku bejn it-trade mark Komunitarja Nru 6314462 “AMICI JUNIOR” u t-trade marks figurattivi nazzjonali Taljani Nru 912114 “AJ ARMANI JEANS” u Nru 998554 “ARMANI JUNIOR” u għal dak li jirrigwarda l-fonetika.

(2)

Applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) 207/2009 u tal-prinċipju tar-reputazzjoni fis-sentenza appellata, fin-nuqqas ta’ appell speċifiku min-naħa tal-appellata, Giorgio Armani S.p.A.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78 p. 1).


Top