EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0226

Kawża C-226/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Oviedo (Spanja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Constructora Principado S.A. vs José Ignacio Menéndez Álvarez

(Kawża C-226/12)

2012/C 227/17

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Oviedo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Constructora Principado S.A.

Konvenut: José Ignacio Menéndez Álvarez

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ klawżola kuntrattwali li tgħaddi lill-konsumatur obbligu ta’ ħlas li legalment huwa tal-bejjiegħ jew tal-fornitur, l-iżbilanċ imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jirriżulta mis-sempliċi fatt li obbligu ta’ ħlas li legalment huwa tal-bejjiegħ jew tal-fornitur huwa mgħoddi lill-konsumatur, jew il-fatt li d-Direttiva teżiġi li l-iżbilanċ huwa sinjifikattiv jimplika, fost oħrajn, li r-riperkussjoni ekonomika fuq il-konsumatur għandha tkun sinjifikattiva meta mqabbla mal-ammont totali tal-operazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


Top