EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0207

Kawża C-207/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit- 30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)

(Kawża C-207/12)

2012/C 227/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Essent Belgium NV

Konvenuta: Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)

Parti oħra: Vlaamse Gewest

Domandi preliminari

(1)

Regola nazzjonali, bħal dik li tinsab fid-digriet Fjamming, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku (Vlaams decreet houdende de organisatie van de elektriciteitsmarkt), kif implementat permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, emendata permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-25 ta’ Frar 2005, li tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (Besluit inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen) u permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tat-8 ta’ Lulju 2005, li temenda d-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, li tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u d-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tad-29 ta’ Marzu 2002, dwar l-obbligu ta’ servizz pubbliku għall-promozzjoni tal-użu razzjonali tal-enerġija (Besluit inzake de openbaredienstverplichtingen ter bevordering van het rationeel energiegebruik), fejn

l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni għandhom l-obbligu li jippreżentaw kull sena numru ta’ ċertifikati ħodor lill-awtorità regolatorja (Artikolu 23 tad-digriet iċċitat iktar ’il fuq);

multa amministrattiva hija imposta fuq l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni mill-awtorità regolatorja Fjamminga tas-suq tal-elettriku u tal-gass (Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt) (VREG) meta ma jippreżentawx numru ta’ ċertifikati ħodor suffiċjenti sabiex jissodisfaw kwota obbligatorja ta’ ċertifikati ħodor (Artikolu 37(2) tad-digiret iċċitat iktar ’il fuq);

huwa ppreċiżat b’mod espliċitu li l-garanziji ta’ oriġini minn pajjiżi oħra jistgħu jiġu aċċettati taħt ċerti kundizzjonijiet sabiex tiġi sodisfatta kwota obbligatorja (Artikolu 15c(2) tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, kif applikabbli għal dan ir-rikors);

l-awtorità regolatorja ma tistax jew ma tridx tieħu inkunsiderazzjoni garanziji ta’ oriġini min-Norveġja, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ implementazzjoni tal-Vlaamse regering, li rrikonoxxa li l-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati huwa ugwali jew ekwivalenti (Artikolu 25 tad-digriet iċċitat iktar ’il fuq u l-Artikolu 15c(2) tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2004) mingħajr ma din l-ugwaljanza jew din l-ekwivalenza ġiet eżaminata fil-konkret mill-awtorità regolatorja;

fil-fatt, matul il-perijodu kollu li matulu kien fis-seħħ id-digriet tas-17 ta’ Lulju 2000, kienu biss iċ-ċertifikati għall-produzzjoni ta’ enerġija ħadra fir-reġjun Fjamming li ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tal-kwota obbligatorja filwaqt li l-operaturi li jipprovdu l-elettriku lill-klijenti finali konnessi man-netwerk ta’ distribuzzjoni jew man-netwerk ta’ trażmissjoni bl-ebda mod ma kellhom il-possibbiltà li juru li l-garanziji ta’ oriġini maħruġa, li kienu ġejjin minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, kienu jissodisfaw il-kundizzjoni ta’ garanziji ugwali jew ekwivalenti għall-għoti ta’ dawn iċ-ċertifikati,

hija konformi mal-Artikoli 11 jew 13 tal-Ftehim ŻEE?

(2)

Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-Artikolu 5 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2001/77/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku (sa fejn tikkonċerna liż-ŻEE)?

(3)

Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ŻEE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2003/54/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju [2003], dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (sa fejn tikkonċerna liż-ŻEE)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211.


Top