This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0204
Case C-204/12: Reference for a preliminary ruling from the Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (Belgium) lodged on 30 April 2012 — Essent Belgium NV v Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Kawża C-204/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit- 30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Kawża C-204/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit- 30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
ĠU C 227, 28.7.2012, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 227/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fit-30 ta’ April 2012 — Essent Belgium NV vs Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
(Kawża C-204/12)
2012/C 227/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Essent Belgium NV
Konvenuta: Vlaamse Reguleringsinstantie voor de Elektriciteits- en Gasmarkt (VREG)
Partijiet oħra:
|
Vlaamse Gewest |
|
Vlaamse Gemeenschap |
Domandi preliminari
(1) |
Regola nazzjonali, bħal dik li tinsab fid-digriet Fjamming, tas-17 ta’ Lulju 2000, dwar l-organizzazzjoni tas-suq tal-elettriku (Vlaams decreet houdende de organisatie van de elektriciteitsmarkt), kif implementat permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-5 ta’ Marzu 2004, emendata permezz tad-deċiżjoni tal-Vlaamse regering, tal-25 ta’ Frar 2005, li tippromwovi l-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (Besluit inzake de bevordering van elektriciteitsopwekking uit hernieuwbare energiebronnen), fejn
hija konformi mal-Artikoli 34 TFUE u 11 tal-Ftehim ŻEE u/jew mal-Artikoli 36 TFUE u 13 tal-Ftehim ŻEE? |
(2) |
Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-Artikolu 5 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2001/77/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku? |
(3) |
Ir-regola nazzjonali msemmija fil-punt 1 hija konformi mal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni li jinsabu b’mod partikolari fl-Artikolu 18 TFUE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva ta’ dak iż-żmien 2003/54/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju [2003], dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 121.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 211.