EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0118

Kawża C-118/12 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2012 minn Enviro Tech Europe Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-291/04: Enviro Tech Europe Ltd u Enviro Tech International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/6


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2012 minn Enviro Tech Europe Ltd kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011 fil-Kawża T-291/04: Enviro Tech Europe Ltd u Enviro Tech International, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-118/12 P)

2012/C 227/10

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Enviro Tech Europe Ltd (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Enviro Tech International, Inc.

Talbiet tal-appellanti

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/04 fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti għall-kumpens tad-danni; u

tiddikjara lill-appellata responsabbli għad-danni subiti mill-appellanti; jew

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba tal-appellanti għall-kumpens tad-danni; u

tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż kollha (inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali).

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka li, billi ċaħdet ir-rikors tagħha għall-kumpens tad-danni abbażi tal-fatt li l-appellanti naqset milli tistabbilixxi l-eżistenza ta’ azzjoni illegali min-naħa tal-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali għamlet żball fl-interpretazzjoni tagħha tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-425/08 u, bħala konsegwenza, hija wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tevalwa t-tielet parti tal-ewwel motiv tal-appellanti fir-rigward tal-illegalità tal-“immaniġġjar jew tal-użu normali” u kkonkludiet li r-rikors għall-kumpens tad-danni għandu jiġi miċħud.

Għal dawn ir-raġunijiet l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-291/04 għandha tiġi annullata fir-rigward tat-talba tal-appellanti għall-kumpens tad-danni u l-appellata għandha tiġi ddikjarata responsabbli għad-danni subiti mill-appellanti.


Top