EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0618

Kawża C-618/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Banco Español de Crédito, SA vs Joaquín Calderón Camino (Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżola ta’ interessi moratorji abbużiva — Proċedura ta’ ordni ta’ ħlas — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali)

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona — Spanja) — Banco Español de Crédito, SA vs Joaquín Calderón Camino

(Kawża C-618/10) (1)

(Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżola ta’ interessi moratorji abbużiva - Proċedura ta’ ordni ta’ ħlas - Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali)

2012/C 227/06

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Español de Crédito, SA

Konvenut: Joaquín Calderón Camino

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Barcelona — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288), tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, p. 22), tal-Artikoli 5, 6(2), 7 u 10 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66) u tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, p. 30) — Kreditu għall-konsum — Rata tal-interessi applikabbli f’każ ta’ dewmien fil-ħlas — Klawżoli inġusti — Proċedura ta’ ordni ta’ ħlas — Kompetenzi tal-qorti nazzjonali

Dispożittiv

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti li jkollha quddiemha talba ta’ ordni ta’ ħlas li tevalwa ex officio, in limine litis u lanqas fl-ebda mument ieħor tal-proċedura, anki meta jkollha elementi ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan ir-rigward, in-natura inġusta ta’ klawżola ta’ interessi moratorji li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni mressqa minn dan tal-aħħar.

(2)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 83 tad-Digriet Leġiżlattiv 1/2007 li rreveda l-liġi ġenerali dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti u liġijiet oħra addizzjonali (Real Decreto Legislativo 1/2007 por el que se aprueba el texto refundido de la Ley General para la Defensa de los Consumidores y Usuarios y otras leyes complementarias), tas-16 ta’ Novembru 2007, li tippermetti lill-qorti nazzjonali, meta tikkonstata n-nullità ta’ klawżola inġusta f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li tikkompleta l-imsemmi kuntratt billi tirrevedi l-kontenut tal-imsemmija klawżola.


(1)  ĠU C 95, 26.3.2011.


Top