EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0606

Kawża C-606/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (ANAFE) vs Ministre de l’intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration (Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Artikolu 13 — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess temporanju ta’ residenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi d-dħul mill-ġdid ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess temporanju ta’ residenza fin-nuqqas ta’ viża ta’ dħul mill-ġdid — Kunċett ta’ “viża ta” dħul mill-ġdid’ — Prassi amministrattiva preċedenti li kienet tippermetti d-dħul mill-ġdid mingħajr viża ta’ dħul mill-ġdid — Neċessità ta’ miżuri tranżitorji — Assenza)

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (ANAFE) vs Ministre de l’intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration

(Kawża C-606/10) (1)

(Regolament (KE) Nru 562/2006 - Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) - Artikolu 13 - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess temporanju ta’ residenza - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi d-dħul mill-ġdid ta’ dawn iċ-ċittadini fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess temporanju ta’ residenza fin-nuqqas ta’ viża ta’ dħul mill-ġdid - Kunċett ta’ “viża ta” dħul mill-ġdid’ - Prassi amministrattiva preċedenti li kienet tippermetti d-dħul mill-ġdid mingħajr viża ta’ dħul mill-ġdid - Neċessità ta’ miżuri tranżitorji - Assenza)

2012/C 227/04

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association nationale d’assistance aux frontières pour les étrangers (ANAFE).

Konvenut: Ministre de l’Intérieur, de l’Outre-mer, des Collectivités territoriales et de l’immigration

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Conseil d’État (Franza) — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(4)(a) u 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi d-dħul mill-ġdid ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jkollhom permess temporanju ta’ residenza, fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ dan il-permess, fil-każ ta’ assenza ta’ viża ta’ dħul mill-ġdid maħruġa mill-awtoritajiet tal-konsulat jew tal-prefettorat — Kunċett ta’ “viża ta’ dħul mill-ġdid” — Ammissibbiltà ta’ miżuri tranżitorji favur dawn iċ-ċittadini li telqu mit-territorju — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi

Dispożittiv

(1)

Ir-regoli dwar ir-rifjut ta’ dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 81/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Jannar 2009, huma applikabbli wkoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi suġġetti għall-obbligu ta’ viża li jixtiequ jidħlu lura mill-fruntieri esterni taż-żona Schengen fl-Istat Membru li jkun ħarġilhom permess temporanju ta’ residenza, mingħajr ma jidħlu f’dan is-sens fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(2)

L-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru li joħroġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz viża ta’ dħul mill-ġdid fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistax jillimita d-dħul fiż-żona Schengen biss għall-punti tat-territorju nazzjonali tiegħu.

(3)

Il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jimponux li jkunu previsti miżuri tranżitorji għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu telqu mit-territorju ta’ Stat Membru, minkejja li kienu detenturi biss ta’ permess temporanju ta’ residenza maħruġ sakemm tiġi eżaminata l-ewwel talba għal permess ta’ residenza jew talba għal ażil, u li jkunu jixtiequ jidħlu mill-ġdid wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 562/2006, kif emendat bir-Regolament Nru 81/2009.


(1)  ĠU C 72, 5.3.2011.


Top