Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas C2012/226/05

Bidu ta' proċeduri (Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 226, 28.7.2012, p. 3—3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/3


Bidu ta' proċeduri

(Każ COMP/M.6570 – UPS/TNT Express)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 226/05

Fl-20 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifikata tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301 / 2967244) jew bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.6570 – UPS/TNT Express, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


Į viršų