Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0083

Kawża F-83/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta’ Ġunju 2012 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Giannakouris vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura riċevuta minn sorsi oħra)

2012/C 217/64

Lingwa tal-kawża:il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Konstantinos Giannakouris (Roodt-su-Syre, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li bintu tirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

K. Giannakouris huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 13, 15.01.2011, p. 38.


Top