Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0243

    Kawża T-243/12: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/28


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2012 — International Brands Germany vs UASI — Stuffer (ALOHA 100 % NATURAL)

    (Kawża T-243/12)

    2012/C 217/58

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: International Brands Germany GmbH & Co. KG (Paderborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Hein u M. Hoffmann, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stuffer SpA (Bolzano, l-Italja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Marzu 2012, fil-Każ R 1058/2011-1 u tiċħad l-oppożizzjoni;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: International Brands Germany

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ALOHA 100 % NATURAL” għal prodotti fil-klassi 32 — Applikazzjoni Nru 7 050 701

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Stuffer

    Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ALOA” għal prodotti fil-klassi 32

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top