Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0381(01)

    Kawża T-381/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2012 — Eurofer vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2012 — Eurofer vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-381/11) (1)

    (Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

    2012/C 217/50

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    (2)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Euroalliages.

    (3)

    Europäischer Wirtschaftsverband der Eisen- und Stahlindustrie (Eurofer) ASBL hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


    Top