Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0542

    Kawża T-542/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv għoli — Reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell — Drittijiet tad-difiża — Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken vs UASI — Meyer Manufacturing (CIRCON)

    (Kawża T-542/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv għoli - Reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009)

    2012/C 217/43

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Kowloon, Hong-Kong) (rappreżentant: M. Fiedler, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meyer Manufacturing Co. Ltd u XXXLutz Marken GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), hija annullata.

    (2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn XXXLutz Marken GmbH.

    (3)

    Meyer Manufacturing Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 30, 29.01.2011.


    Top