EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0342

Kawża T-342/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Hartmann vs UASI — Mölnlycke Health Care (MESILETTE) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MESILETTE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Hartmann vs UASI — Mölnlycke Health Care (MESILETTE)

(Kawża T-342/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali MESILETTE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti MEDINETTE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Mölnlycke Health Care AB (Göteborg, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Mejju 2010, (fil-Każ R 1222/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Paul Hartmann AG u Mölnlycke Health Care AB.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta’ Mejju 2010, (Każ R 1222/2009-2) hija annullata.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010


Top