Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0293

    Kawża T-293/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti) ( “Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti — Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja — Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Seven Towns vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ seba’ kwadri ta’ kuluri differenti)

    (Kawża T-293/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti - Sinjal li jista’ jikkostitwixxi trade mark Komunitarja - Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

    2012/C 217/38

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Seven Towns Ltd (Londra, Ir-Renju Unit) (rappreżentant: E. Schäfer, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1475/2009-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal li jirrappreżenta seba’ kwadri ta’ kuluri differenti bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 260, 25.09.2010


    Top