Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0110

    Kawża T-110/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratt El Hierro — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati — Kontrotalba tal-Kummissjoni” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/18


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-110/10) (1)

    (Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratt El Hierro - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward tal-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta’ somom antiċipati - Kontrotalba tal-Kummissjoni)

    2012/C 217/37

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

    Suġġett

    Talba, mressqa fuq il-bażi tal-Artikolu 272 TFUE, intiża, min-naħa, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors ta’ somma ta’ EUR 84 120 tiġi ddikjarata infondata u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata toħroġ “nota ta’ kreditu” għall-ammont ta’ EUR 84 120.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Il-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 84 120, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-26 ta’ Jannar 2010 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

    (3)

    Il-kumplament tal-kontrotalba tal-Kummissjoni huwa miċħud.

    (4)

    Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


    Top