Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TA0338

    Kawża T-338/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Stichting Natuur en Milieu u Pesticide Action Network Europe vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-338/08) (1)

    (Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidi - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta’ portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta’ Aarhus)

    2012/C 217/32

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, l-Olanda) u Pesticide Action Network Europe (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: B. Kloostra u A. van den Biesen, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea, (rappreżentanti: inizjalment minn B. Burggraaf u S. Schønberg, sussegwentement minn B. Burggraaf u P. Oliver, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: inizjalment minn M. Dowgielewicz, sussegwentement minn M. Szpunar, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u B. Driessen, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-1 ta’ Lulju 2008, li jiċħdu bħala inammissibbli t-talbiet ta’ Stichting Natuur en Milieu u ta’ Pesticide Action Network Europe intiżi sabiex hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu, huma annullati.

    (2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Stichting Natuur en Milieu u minn Pesticide Action Network Europe.

    (3)

    Ir-Repubblika tal-Polonja u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 301, 22.11.2008.


    Top