This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0286
Case C-286/12: Action brought on 7 June 2012 — European Commission v Hungary
Kawża C-286/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
Kawża C-286/12: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/14 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-286/12)
2012/C 217/31
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u K. Talabér-Ritz, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija
Talbiet
— |
tiddikjara li l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) billi adottat leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi t-tmiem obbligatorju, fl-eta ta’ 62 sena, tar-relazzjoni ġuridika għal dawk li jservu bħala mħallfin, prosekuturi u nutara, fatt li jagħti lok għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età li ma huwiex iġġustifikat minn għan leġittimu u li, f’kull każ, ma huwiex xieraq u lanqas neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit. |
— |
tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Skont il-leġiżlazzjoni Ungeriża dwar l-età massima obbligatorja tal-imħallfin, tal-prosekukturi u tan-nutara, ir-relazzjoni ġuridika li permezz tagħha dawk li jeżerċitaw dawn il-professjonijiet jipprovdu servizzi tintemm meta huma jagħlqu età speċifika — attwalment 62 sena —, filwaqt li qabel huma setgħu jkomplu jeżerċitaw il-kariga tagħhom sakemm jagħlqu 70 sena. Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tistabbilixi li r-relazzjoni ġuridika għal dawk li jservu bħala mħallfin u prosekuturi li għalqu l-età l-ġdida massima qabel l-1 ta’ Jannar 2012 tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2012, u dik tal-imħallfin u tal-prosekuturi li jagħlqu din l-età bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2012 tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2012. Fil-każ tan-nutara, it-tnaqqis tal-età massima obbligatorja minn 70 għal 62 sena ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.
Il-Kummissjoni tibbaża r-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fuq il-motivi u l-argumenti li ġejjin:
|
L-ewwel nett hija tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva, peress li tagħti trattament inqas favorevoli lill-imħallfin, lill-prosekuturi u lin-nutara li għalqu l-età massima obbligatorja l-ġdida milli lill-bqija tal-persuni kollha fis-servizz li ma għalqux din l-età. |
|
Sabiex leġiżlazzjoni li tagħti lok għal differenza fit-trattament ibbażata fuq l-età tiġi eskluża mill-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva. Skont dan l-artikolu, minn naħa, din il-leġiżlazzjoni għandha tkun oġġettivament iġġustifikata minn għan leġittimu u, min-naħa l-oħra, il-mezzi sabiex jintlaħaq dan l-għan għandhom ikunu xierqa u neċessarji (prinċipju ta’ proporzjonalità). |
|
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li la l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma tiddetermina espressament għan leġittimu u lanqas ma jista’ jiġi dedott dan l-għan mill-kuntest tagħha, fatt li għaldaqstant jikkostitwixxi ksur tad-Direttiva, peress li din iċ-ċirkustanza tostakola l-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità u tal-proporzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fir-rigward tal-leġittimità tal-għanijiet allegati matul il-proċedura [amministrattiva] għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, il-Kummissjoni tafferma li huma biss l-għanijiet relatati mal-ambitu tal-politika soċjali li jistgħu jitqiesu xierqa sabiex tiġi ġġustifikata eċċezzjoni għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. |
|
Fl-aħħar nett, skont il-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni la hija xierqa u lanqas neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi allegati, peress li i) il-perijodu tranżitorju tal-iktar sena u nofs huwa straordinarjament qasir, fid-dawl tat-tnaqqis drastiku minn 70 sena għal 62 sena tal-età massima obbligatorja għar-relazzjoni ġuridika ta’ provvista ta’ servizzi, u ii) il-perijodu tranżitorju ma huwiex koerenti mil-lat tar-riforma ġenerali tal-irtirar, li żżid l-età ta’ rtirar ġenerali minn 62 sena għal 65 sena fuq perijodu ta’ tmien snin bejn l-2014 u l-2022, li jagħti lok — wara li jkun għadda perijodu ta’ sentejn biss — għal żieda ġdida tal-età massima obbligatorja għar-relazzjoni ġuridika ta’ provvista ta’ servizzi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tikser b’mod sproporzjonat l-interessi leġittimi tal-imħallfin, tal-prosekuturi u tan-nutara affettwati u li din tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex tilħaq l-għan tagħha. |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 79; iktar ’il quddiem id-“Direttiva”.