Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0234

    Kawża C-234/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs AGCOM

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Sky Italia Srl vs AGCOM

    (Kawża C-234/12)

    2012/C 217/23

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sky Italia Srl

    Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni (AGCOM)

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/13/UE (1), il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza u r-regoli tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-moviment liberu tal-kapital, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005, li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas?

    (2)

    L-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali, u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari l-prinċipju tal-pluraliżmu, jipprekludi d-dispożizzjonijiet inklużi fl-Artikolu 38(5) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 177/2005 li jimponi limiti ta’ ħin iqsar għar-reklamar fil-konfront ta’ xandara bi ħlas meta mqabbla ma’ dawk stabbiliti fil-konfront ta’ xandara mingħajr ħlas, billi jintroduċu distorsjoni tal-kompetizzjoni u billi jiffavorixxu l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjonijiet dominanti fis-suq tar-reklamar televiżiv?


    (1)  GU L 95, p. 1.


    Top