This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0233
Case C-233/12: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale della Spezia (Italy) lodged on 14 May 2012 — Simone Gardella v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Kawża C-233/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Kawża C-233/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl- 14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di La Spezia (l-Italja) fl-14 ta’ Mejju 2012 — Simone Gardella vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawża C-233/12)
2012/C 217/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di La Spezia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Simone Gardella
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Domandi preliminari
(1) |
L-Artikoli 20, 45, 48 u 145 sa 147 TFUE u l-Artikolu 15 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix ħaddiem ta’ Stat Membru jittrasferixxi fis-sistema ta’ pensjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali stabbilita fit-territorju ta’ Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea, fejn jaħdem u fejn jinsab assigurat, id-drittijiet tal-pensjoni li huwa kiseb fis-sistema ta’ sigurtà soċjali tal-Istat tiegħu, fejn kien assigurat qabel? |
(2) |
Fid-dawl b’mod partikolari tar-risposta għall-ewwel domanda, it-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni għandu jiġi reż possibbli anki fin-nuqqas ta’ ftehim speċifiku bejn l-Istat Membru ta’ oriġini tal-ħaddiem jew l-istituzzjoni ta’ pensjoni tiegħu, minn naħa, u l-organizzazzjoni internazzjonali, min-naħa l-oħra? |