Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62011CA0132

    Kawża C-132/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas- 7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH (Direttiva 2000/78/KE — Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol — Trattament differenti bbażat fuq l-età — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni — Ftehim kollettiv — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru fl-iskeda tar-remunerazzjoni, tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi — Klawżola kuntrattwali)

    ĠU C 217, 21.7.2012, pagg. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH vs Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    (Kawża C-132/11) (1)

    (Direttiva 2000/78/KE - Trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol - Trattament differenti bbażat fuq l-età - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni - Ftehim kollettiv - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ klassifikazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru fl-iskeda tar-remunerazzjoni, tal-esperjenza professjonali miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi - Klawżola kuntrattwali)

    2012/C 217/08

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Innsbruck

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    Konvenut: Betriebsrat Bord der Tyrolean Airways Tiroler Luftfahrt Gesellschaft mbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 6(1) u (3) UE kif ukoll tal-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Differenzi fit-trattament ibbażati fuq l-età — Ftehim kollettiv li jipprovdi, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ airhostesses fl-iskala ta’ remunerazzjoni, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-esperjenza professjonali, bl-esklużjoni ta’ dik miksuba minn kumpannija tal-ajru oħra li tifforma parti mill-istess grupp — Nuqqas ta’ applikabbiltà ta’ klawżola ta’ kuntratt ta’ xogħol minħabba l-effett dirett orizzontali tad-drittijiet fundamentali

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv li, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ impjiegi previsti minn dan tal-aħħar u, għalhekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ remunerazzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni biss l-esperjenza professjonali miksuba bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ kumpannija tal-ajru speċifika, bl-esklużjoni tal-esperjenza materjalment identika miksuba fi ħdan kumpannija oħra li tifforma parti mill-istess grupp ta’ impriżi.


    (1)  ĠU C 186, 25.06.2011.


    In alto