Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0615

    Kawża C-615/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mressqa mill-Insinööritoimisto InsTiimi Oy ( “Direttiva 2004/18/KE — Kuntratti pubbliċi fil-qasam tad-difiża — Artikolu 10 — Artikolu 296(1)(b) KE — Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru — Kummerċ fl-armi, munizzjon u l-materjal tal-gwerra — Prodott mixtri minn awtorità kontraenti għal skop speċifikament militari — Eżistenza, għal dak li jirrigwarda dan il-prodott, ta’ applikazzjoni ċivili kważi identika — Tagħmir tat-turntable ( ‘tiltable turntable’ ) għall-kejl elettromanjetiku — Nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’mod konformi mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2004/18” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus — il-Finlandja) — proċedura mressqa mill-Insinööritoimisto InsTiimi Oy

    (Kawża C-615/10) (1)

    (Direttiva 2004/18/KE - Kuntratti pubbliċi fil-qasam tad-difiża - Artikolu 10 - Artikolu 296(1)(b) KE - Protezzjoni tal-interessi vitali tas-sigurtà ta’ Stat Membru - Kummerċ fl-armi, munizzjon u l-materjal tal-gwerra - Prodott mixtri minn awtorità kontraenti għal skop speċifikament militari - Eżistenza, għal dak li jirrigwarda dan il-prodott, ta’ applikazzjoni ċivili kważi identika - Tagħmir tat-turntable (‘tiltable turntable’) għall-kejl elettromanjetiku - Nuqqas ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti b’mod konformi mal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2004/18)

    2012/C 217/04

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Insinööritoimisto InsTiimi Oy,

    fil-preżenza ta’: Puolustusvoimat

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Korkein hallinto-oikeus — Talba għal deċiżjoni preliminari — Interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) u tal-Artikolu 346 TFUE — Lista ta’ armi, munizzjon u materjal tal-gwerra stabbilita permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 255/58, tal-15 ta’ April 1958 — Kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Materjal intiż għal finijiet essenzjalment militari — Sistema ta’ pjattaforma li ddur intiża għall-miżuri elettromanjetiċi

    Dispożittiv

    L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], moqri flimkien mal-Artikolu 296(1)(b) KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza Stat Membru sabiex jevita l-proċeduri previsti mill-imsemmija direttiva għal kuntratt pubbliku mogħti minn awtorità kontraenti fil-qasam tad-difiża għall-kisba ta’ materjal li, għalkemm intiż għal skopijiet speċifikament militari, għandu wkoll possibbiltajiet ta’ applikazzjoni ċivili essenzjalment simili biss jekk dan il-materjal, permezz tal-karatteristiċi proprji tiegħu, jista’ jiġi meqjus bħala speċjalment disinjat u żviluppat, inkluż b’konsegwenza ta’ modifiki sostanzjali, għal tali għanijiet, li hija ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 72, 05.03.2011


    Top